Għalxejn.

 

Għalxejn ippruvajt naħrab

Illewwa ta’ kull waqt

Ma kienx hemm fejn tistaħba

Il-ġlied kien wisq qalil.

 

Il-bogħod minn dawn l-inħawi

Fejn lanqas titla’ x-xemx

Ibiegħu d-dagħa faħxi

Għax fidwa għalihom m’hemmx.

 

Kif nista’ qatt inħalli

dix-xibka ta’kuljum

jew noħroġ mill-għadira

li fiha qed nistagħdar?”

 

Imqar jekk inrabbi l-ġwienaħ

Tal-farfett indur minn warda għall-oħra

Inkella ntira bħall-ajkla

Nisseqqer fuq l-assurdita’ ta’ taħti.

 

Jew niġi fl-ermitaġġ miegħek

Biex insiru ħaġa waħda

Fit-toqol tas-skiet ta’dejjem.

 

Alfred Grech.

16/07/2021.

Comments

Popular posts from this blog