Għandek l-Imfietaħ.

 

Għandek l-imfietaħ tas-skiet tiegħi

Kull meta ż-żiffa tmewweġ is-satra tiegħek

U jista’ jkun ukoll li għandek it-tweġiba

Għall misteri kollha

Kull meta tagħtini darek għeri

U titlaq, tisparixxi fl-għabes tar-rima li tħalli.

Il-ħsejjes tat-takkuna huma biżżejjed

Biex nifhem li aktar ma titbiegħed

Aktar tonqos il-ħeġġa

U s-saħħa tal-leħen li jlissen

Dak li f’widnejk ma tridx li tisma’ jidwi.

 

Alfred Grech.

01.07/2021.

Comments

Popular posts from this blog