Għidilhom.

 

Għidilhom l’huma ħielsa

Bl-għażliet li hemm fis-suq,

Tintefaħ il-bużżieqa

U tibqa’ bla ma dduq.

 

Għidilhom li fis-sakra

Dil-festa ma tieqafx

Mingħajr ma qatt tweġibhom

Xi ħaġa  li ma tafx.

 

Għidilhom l’huma bravi

U jemmnu kollha fik

Fid-dinja tal-fidili

Min sejjer imerik?

 

Għidilhom li m’hawnx bħalhom

U kollha josannawk

Żebbuġ u palm f’idejhom

Ftit ieħor jadurawk.

 

Urihom kif jitwensu

Għad-dell tal-liġijiet

Xinuha l-ġid komuni

U jemmnu l- ħmerijiet.

 

Għax hekk biss jista’ jkollok

Miġemgħa nies ġwejjdin

Werwirhom li ġej l-għadu

U żżommhom magħqudin.

 

Alfred Grech

23/07/2021

Comments

Popular posts from this blog