Il-Baħar.
Il-Baħar
bħat-tferfir
Li x’minn
daqqiet inħossu jrieghedni
Ma tafx
kemm hu fond
Ma tafx
menejn hu ġej
Il-kurrent
tiegħu
Tħoss biss
it-tqanqil
Jekk mhux
mit-temp li jbiddel kull filgħodu
Jitfaċċa s-sħab
u ngħidu tela’ l-ajru.
Hemm il-kurrenti
tal-qiegħ
Li qatt ma
taf mnejn jibda’.
Il-baħar
bħat-tferfir
Li tgħaddi
trid minn fuqu
Merfugħ minn
xi bużżieqa
Inkella minn
xi mirkeb
Bla tmun u
mingħajr qlugħ.
Alfred
Grech
14/06/2021
Comments
Post a Comment