Imqar Fil-Ħabs Tal-Ħajja.
Imqar
fil-ħabs tal-ħajja
Insibu x’nagħmlu
Sakemm tinbena
l-binja tat-twemmin
Li taħtha
għad niġġarfu.
Imqar
fil-ħabs tal-ħajja
Ifittxu l-għaliex
Il-ħelsien
hu kelma tqila
U nfittxu
ngħoddu t-toqol tas-sigħat
Fid-duħħan
tal-ħaxixa
Jew fis-sakra
ta’ kulma jista’
jaljenana.
Imqar
fil-ħabs tal-ħajja
Hemm it-tama
Li għad xi
darba tiftaħ warda.
Imqar fil-ħabs
tal-ħajja. . . . .
Alfred
Grech
27/07/2021
Comments
Post a Comment