Issa X’Baqa’.

 

Issa x’baqa’?

Ma baqa’ xejn

Reġgħu tfaċċaw il-Kimeri

Biex ibellgħulna l-ħuxlief tal-miti

U l-moħħ jirtira fil-kurituri dojoq

Tat-tiġib ta’ kuljum.

 

Issa x’baqa’

Xħin insejna xhemm barra

Il-ħitan mistħajjla

Għax drajna mdawewrin bihom

U ħadna l-għamla tal-fosdqa

Li fisqewna fiha.

 

Għalxejn idoqqu t-trombi

Għax ħadd ma joħroġ

Għax ħadd ma jqum

Mill-imwirt

Min-ngħas alluċinanti

Taħ it-tinda

Tad-disinformazzjoni.

 

Il-bieraħ kien hawn id-dawl

Kien kollox miftuħ beraħ

Illum il-ħabs tal-qawwa moħbija.

 

Alfred Grech

31/07/2021

Comments

Popular posts from this blog