Jien Nista’ Nħares ’l-baħħ f’Wiċċu.
Issa nista’
nħares ’l-baħħ f’wiċċu
U lanqas
nista’ ngħid li reġa’ bdieli
U lanqas
nista’ ngħid li ż-żmien inbidel
Għax inti
għadek hawn.
Ftit kliem
int tgħid
U tgħid li
tħobbni
U ta’ kull
darba li nċempillek
Nisma’
dejjem l-istess kliem.
Issa mqar
ħarstek saret bħal ta’ min qed joħlom
Inkella miexi
fuq il-ponot
Ta’ subgħajħ
waqt ħmar il-lejl.
Ftit kliem
int tgħid
U jiena
rrid nifhem
U jien bħal
dak l-għannj ta’ lwien u tal-burdati
Li jaqleb
qisu xejn minn ton għall-eħor
U jaqbez
minn fuq pedestall għal fuq l-ieħor.
Il-lejla
ridt nistiednek biex noħorġu
U nġeddu
dak iż-żmien li qatt ma kellna
U ndommu
l-kullana biż-żibeġ tal-waqtiet
In-nar li
jħeġġeġ kollox jaħraq
Imqar il-ħsibijiet
Tal-ħolm
dan l-univers
Li sibna
ruħna fih.
Int
mingħalik li tikteb
Kliemek fl-arja
biex b’hekk
Ħadd ma
jaqrak, iżda kull pass li tieħu
Qed jimmarka
fir-ramel ta’ dix-tajta.
Alfred
Grech
21/07/2021
Comments
Post a Comment