L-Għanja.
Meta ma
ngħannix
Għaliex
ir-ruħ tkun mejta
U nibda
naħseb li lilhinn mill-għanja
Hemm dinja
tistennieni.
Meta ma
ngħannix
Inkun waqajt
fil-muta
Dik il-ħemda
primordjali
Li la taf
lewn u lanqas għamla
U nħoss
l-uġiħ tat-tmiem li qatt ma jasal
Il-ħruq ta’
nar ir-ruħ
U t-twerwir
tas-solitudni.
U meta naqa’
fil-muta
Għaliex ninsa’
Li l-ħajja
mhija xejn
Jekk mhux
l-għanja.
Alfred
Grech
28/07/2021.
Comments
Post a Comment