Ma Nagħmlu Xejn.

 

Ma nagħmlu xejn

Noqgħodu hawn

Imdendla ma ħajta tal-għanqbuta

Bil-biża’

Li jekk inħars l-isfel

l-abbiss jiblagħna

u hekk ngħid li bħal ħaddieħor

qiegħdin ngħixu

u hekk sewwa

jekk is-sewwa mhux aħjar

milli nħars lejn l-iskrin

inlaqqt ir-raxx tas-sewwa.

 

U hekk aħjar mill-baħħ

Li ma nafux, ma nagħmlu xejn

inħarsu lejn l-iskrin

li jittrasmetti s-sewwa

noħolmu

bħal qattusa l-iċċassata.

 

Konna ngħixu sakemm kien hemm

Min jgħid li jinħtieġna

U aħna nintefħu.

 

Alfred Grech

26/07/2021

Comments

Popular posts from this blog