Mea Tkun Sħana Wisq.

 

Meta tkun sħana wisq imqar biex taħseb

u l-weraq tal-kuruna tar-rand jitbielu

qatt ħsibt li tferrixhom madwarek

biex juru t-territorju tiegħek safejn jasal?

 

Meta jasal il-lejl u tħoss it-toqol li ma tafx ta’ xhiex

ma tifilħux, qatt ħsibt li tixgħel xema’

u tqiegħda fit-tieqa ta’ kamartek?

Għandu mnejn ikun hemm min

jitħajjar u  jsib it-triq għal għandek.

 

Meta jaqgħu il-barrakati

u jinfaqgħuu id-digi tal-widien

imħabbti tiġi tgeleqel u tfur għal għandek

imqar bħal maltempata f’Lulju.

 

Bħall-għanja li qatt m’ għannejtlek

għax qatt ma ġiet il-muża.

 

Alfred Grech

11.07.2021.

 

 

Comments

Popular posts from this blog