Niġi Nħabbat il-Bieb Tiegħek.

 

Niġi nħabbat il-bieb tiegħek.

Niġi nfittex intix hawn;

Jekk inkellmek int tifhimni

Għad li l-bogħod f’waqtiet bħal dawn.

 

Għax int qiegħda x-imkien ieħor

jew għax tlift l-identita’,

jew għax ħrabt u ma tridx tibqa’

tieħu sehem fl-assurdita’.

 

Niġi nfittxek u nħabbatlek

beraħ ftaħtli wkoll il-bieb

Iżda naf li  mhux hawn qiegħda

u jġenninni dan il-ħsieb.

 

Alfred Grech

25.07.2021.

Comments

Popular posts from this blog