Tbasktet.
Tbasktet
Marritilha l-ħajra
U l-antenni
li bihom kienet tgħarrex u titkixxef
Nixfu
Kif għamlu
l-isporġenzi
Li kienu
jisfidaw lil-min kien jissaħħar
Iħares lejhom.
Hi xorta
għada ggranfata
Mal-ħjut
tal-għanqbut
Għax għadha
temmen u trid turi
Li l-ħajja
tibqa’ għaddejja.
Tiftaħhom
idejħa
Bħalma kienet
dejjem tagħmel
Bħat-tentakoli
tal-qarnita
U tibqa’
tiggranfa
Iżda xagħra
tilef il-kulur
Leħinha maħnuq
U qajla
tista tibqa’ ddoqqha t-trumbetta.
Imbagħad
tibda tħoss il-frugħa ta’ kollox
Alfred
Grech
02/07/2021
Comments
Post a Comment