Xi Ħtija Għandna.
Xi ħtija
għandna aħna
Jekk ilkoll
spiċċajna
Ġewwa l-gandott
imħaffer
Bir-roti
tal-karrettun
Jekk kull
filgħodu xħin nistembħu
Jilqugħna l-ħsejjes
tal-inġenji
U dħaħen
soffokanti
Li joħorġu
minn dil-ġungla tal-konkrit
Li sibna
ruħna fiha?
Xi ħtija għandna
aħna
Jekk hawn min
hu bla moħħ
U ma jaħsibx
u ma jafx kif jgħolli ftit rasu
U jħares
ftit laġemba
Għajnejn m’għaandux
jew lanqas jara?
X’naħtu
aħna li dejjem emminna
Fl-għerf
tal-imgħalmin u fl-għaqal tal-mexxejja
li ħallew
lil minn wassalna
fit-tarf
nett tal-preċipizzju?
X’naħtu
aħna jekk ħallewhom jiżverġnaw
Din l-art
ħelwa li tnixxi ħalib u għasel
Din l-art
għammiela
Fejn konna
niġġerrrew fil-beraħ
Nisimgħu l-għana
tal- għasafar u nitgħaxxqu
Bil-ward ta’
ġol-widien?
Din l-art
issa mtiel sa ruħ ommha bil-folol ta’ kull razza
U l-Maltin
m’għadhomx jingħarfu.
X’naħtu
aħna jekk serqulna wkoll is-skiet,
Is-skiet ta’
ruħ li tisma’ lilha nfisha.
Xi ħtija
għandna aħna
U x’għandna
nagħmlu issa!
Alfred
Grech
14/07/2021
Comments
Post a Comment