Fuq l-Għolja t’ Għammar.

 

Jekk titla’ hemm fuq mhemmx bżonn ta ċwievet

Jekk titla’ hemm fuq ma ssib lil ħadd

Jekk titla hemm fuq , iż-żiffa tmelles

U ma tħossux it-toqol li qed iġġorr.

 

Jekk titla’ hemm fuq mhemmx x’jaljenak

Mhemmx il-kakafonija tal-mużajk

U lanqas it-tifsila li tistordi

Hemm biss il-ħsieb li flok tirxoxta

Tidilha biss: lili tmissnix.

Hemm biss il-ħsejjes tal-urieżaq

Jistembħu dawn ma nżul ix-xemx

Hemm biss il-baħ tal-mera tiegħek

U x-xejn li tħares fih qed int.

 

Alfred Grech

13/08/2021

 

 

Comments

Popular posts from this blog