Għalhekk Is-Sema Ddallam.
Għalhekk
is-sema ddallam
Għax sraqnielu
l-ikħal
Għalhekk id-dinja
sħanet
Għax ħraqniha
żżejjed
Għalhekk m’għadnix
intir
Għax qasqsuli
ġwenħajja
U inti mqar
jekk trid
Ma terġa qatt tpħroġni ‘l-barra
Minn dal-ħitan
Ukoll jekk
f’ruħi
Għada tħeġġeġ
l-avventura.
Fejn spiċċa
dak il-ħolm
Aktarx li
ddakkar mid-duħħan
Inkella nħall
taħt xemx sajfija.
X’sar minnu
dak il-ħolm?
Imfarrak taħt
ir-romblu tal-asfalt
Inkella mperreċ
mal-bqija tal-hwejjeġ intimi
Mal-ħbula
tal-gallerija.
Spiċċa
fit-toqob tal-ħamiem
Fejn jgħammru
n-nies.
Jista’ jkun
li għad xi darba
Nogħla ‘l-fuq
mal-arja sħuna
Tad-deżert
Fejn jgħammru
l-iskorpjuni.
Alfred
Grech
02-08-2021.
Comments
Post a Comment