Hekk Nagħmel Jiena.
Hekk
nagħmel jiena,
Nonfoħ il-bżieżaq
tas-sapun
Biex nisfolja
l-ilwien tal-qawsalla
Fis-sħab
tal-evanexxenza.
Hekk
nagħmel jiena
Inpejjep il-weraq
tat-tabakk
Biex ninsa
lit-taħbit ta’ qalbi
Jgerrem is-sekondi
Hekk
nagħmel jiena
Biex jgħaddi
l-ħin
U l-ħin
jgħaddi.
Alfrd Grech
23.08.
2021.
Comments
Post a Comment