Il-Mostru Li Ma jidhrix.
Xħin tassew
tkunu fixkiltu lill-kullħadd
jekk
għanhomx jilbsu l-maskra jew le;
Xħin tkunu
ħawwaddtu lill-kullħadd
jekk għandhomx
jitlaqqmu jew le;
Xħin tkunu
gerfixtu lill-kullħadd
f’dak li
jaħsbu f’dak li jgħidu;
Xħin tkunu
xekkiltu lil kulħadd
bil-kotrolli
u bl-issikkar
taħt l-iskuża
tal-marda li tittieħed
jew
il-ħasil tal-flus
għildulna ftit
jekk dan hux manikomju tal-għomja
ta’ nies b’għajnejhom
miftuħin;
jekk huwiex
ħabs ta’ bla ħitan,
turrufnament
fi djarhom stess.
Spjegawlohom
ftit għaliex dawn il-kontrolli
inkella min
hu l-monstru li baqa’ ma jidhirx.
Alfred
Grech
22.08.2021
Comments
Post a Comment