Imma Ara Li Tkun.
Imma ara li tkun
Qawwija daqs
ir-riħ
U ndomitabbli
daqs il-baħar
Għaliex id-drmm
veru tal-ħajja
Huwa li
titlef
Lilek innifsek.
Lil hinn
mill-esterm’ assurdita’
Irid ikun
hemm dinja
Fejn kollox
jagħmel sens
U kollox
tista’ tifhmu.
Lil hinn
minn dan il-ġenn
Ta’ tarf
iż-żmien
Irid ikun
hemm ġnien
Fejn fewġet
il-majjistral
Iġġiegħel lin-nies
Jibdew jifhmu
lil xulxin.
Alfred
Grech
10/08/2021.
Comments
Post a Comment