Imma x-Xitwa Tasal
Jien lilek
nistaqsik fhiex nista’ ngħinek, iżda għandek tkun taf li jien ukoll għandi
x-xjaten tiegħi x’nikkumbatti u l-iħirsa ta’ bil-lejl li jiġru wrajja.
Ma tarax li
d-dwejjaq kollha li qed inħoss għaliex ma nafx kif ser tispiċċa? Ma tafx li
l-uġiħ ta’ kull filgħodu ġej mill-biża’ tat-tmiem li dejjem joqrob?
U li kull ħaġa li
għamilt u li qed nagħmel kienu biss biex inderri minn dal-ħsieb li bħas-susa
qed jiekolni. Ċar daqs il-kristall li l-kurrent li ngħumu fiħ hu biss ftit
tal-mediċina biex il-ħsieb isir farfett minn fuq warda għall-fuq l-oħra jew
il-grillu li s-sajf kollu għaddieħ jgħanni.
Imma x-xitwa tasal.
Alfred Grech
12/08/2021
Comments
Post a Comment