Imqar Is-Skiet.
Imqar
is-skiet tiegħek ifixkilni
U lanqas
kien in-nar
Li ħaraq
l-andar
Għax iż-żiffa
ġiet u ġarret kollox
Is-sġra
bdiet tinħarq bla ma taqbad.
Ma kienx
l-għana tas-sireni
Li wassalni
f’tarf l-irdum
Jien minn
qaddisi
Ekwilibrista.
Ma kienetx
il-kurżita’
Inkella x-xewqa
li nitbigħed
Li fetħitli
l-bibien
Għas-swali
tiegħek
Għaliex din
kienet biss
Il-prova
ġenerali.
Alfred
Grech
20/08/2021.
Comments
Post a Comment