Imqar Jekk jiġi l--Lejl.

 

Imqar jekk jiġi l-lejl

U jġorr miegħu l-ħolm tal-innoċenti

U tat-tajbin

Għalina jibqa’ l-kwiekeb

U t-toroq isserpu

Li jiddrittaw bil-wenss li nagħtu lil xulxin.

 

Inti żżommli jdejja u niġi f’sikti.

Mmlija dieq l-ħajja

Mingħajr il-ħtieġa tiegħek

U niġġarrfu t-tnejn li aħna

Mingħajr is-sisienn li bnejna

Bis-sabar ta’ bnedmin

Li għalkemm fejn sejrin misteru

Jgħixu kull pass li jagħmlu

Bħalkieku kien l-aħħar wieħed.

Bqajna daharna lejn ix-xemx

U ħallejna d-dell tagħna jmexxina.

 

Għax fid-dlam l-għomja jaraw

U dawk li jaraw jitfixklu.

 

Alfred Grech

03/08/2021

Comments

Popular posts from this blog