Inti Żifna.

 

Inti  żifna

Int orkestra

Xbajt niżfen iż-żifna tiegħek

Il-brimba qiegħda hemm

Tinseġ l-għanqbuta tagħha

Kien jinħtieġ ħila u tbatija

Biex  ħriġt mill-inġranaġġ

U r-ritmi diaboliċi.

Tħares għalxejn f’wiċċ l-innoċenti

Hemm l-iktar ma nersaqx

Imqar jekk bħad duħħan

Ninfirex fl-aja.

X’aktarx li għad issibni

Nida li jinħall fuq wiċċ il-petali tal-ward

Ma tlugħ ix-xemx.

Imbagħad kemm trid  ikkuntempla

It-trasparenza tiegħi

Filwaqt li toħlom li hemm ħaddieħor

Li qed iżommlok idejk.

 

Alfred Grech

04/08/2021

Comments

Popular posts from this blog