Irridu Nkomplu l-Vjaġġ li Bdejna.
Jien qed
ngħix l-għanja li għannejt
U noftoq it-tila li żewwaqt
Għalhekk bqajt
waħdi
Lanqas Int minti
ħienja bl-għażliet
L’għamilt
U meta ssib
ruħek qed titkaxar
Ma jkun
hemm imkien ma xhiex tqabbad.
Jew ittir
mal-qata’ li tpassi
Minn staġun
għall-ieħor
U hekk
tħosok aħjar
Għax tħares
lejn ħaddieħor.
Irridu kieku
nkomplu
Il- vjaġġ
li bdejna
Imma issa
drajna
Ma nagħmlu
xejn.
U int m’ għadek
taf tgħidli xejn aktar
Ħlief li
tgħidli li jien għajjien.
Nibqgħu
nagħmlu minn kollox
Biex inkomplu
din il-mixja
Sakemm nisfrundaw
in-naħħa għan-oħra
jew insiru
l-infinit.
Alfred
Grech
09/08/2021
Comments
Post a Comment