Jekk Illum.
Jekk illum
ma ġejtx nikkuntempla x-xemx nieżla
għax ħsibt
li l-ħajja tibqa’ għaddejja xorta waħda mingħajrek.
Iżda ma
tibqax.
X’sar
minnhom il wegħediet li konna għamilna?
U l-ħalf
kollu li l-mewt biss trid tifridna?
Jekk aħna
t-tnejn fl-istess vagun tal-ferrovija
int għad
trid tasal qabli.
Jien nibqa’
nħaffer aktar fil-fond
bit-tama li
għad insib repert
li jurini
fejn jiena stajt intlift
filwaqt li
noqgħod bħal dejjem
ninħeba
wara l-velu tat-tjubija
u dak kollu
li għad iġib ir-risq
imqar jekk
għal waqt wieħed niss jitwieled fija
il-poeta.
Alfred
Grech
16/08/2021
Comments
Post a Comment