Lili Xebbaħni.
Lili xebbaħni ma nżul ix-xemx
imdemmi
meta ftit jibqgħala saħħa
u s-sħana
li qed tħalli
tintrikeb
miż-żiffa mielsa tal-punent
u l-fwieħa
tas-sagħtar
idderri
d-dwejjaq ta’ jum mimli
tnassis u ffullar
ta’ maġbra miġnuna.
lili
xebbaħni mal-kewkba tal-punent
li tkun hi
minn tal-ewwel li ddawwal
u tħabbar
il-miġja ta’ lejla sajfija
u tkun hi
l-għelm ewlieni
għal min
ibaħħar
fl-infinit.
Alfred
Grech
07/08/2021.
Comments
Post a Comment