Logħoba.
Il-Logħba
tkun li tinsa’ fejn tkun qiegħed,
Li tibqa’
għaddej, ma temmen qatt fit-tmiem,
Li tibqa’
għaddej u taħseb l’hi tellieqa,
Marda din,
li taħkem lil kull min kien.
Marda din
li tnaqqar qisha susa
Minn ġewwa.
Minn barra ma tidhirx;
Biex tinsa’
illi hawn mintix għal dejjem
Bil-wegħa
li ċ-ċirku ma jinkisirx.
Alfred
Grevch
24/08/2021
Comments
Post a Comment