Nogħla kemm Nogħla.

 

Nogħla kemm nogħla

l-għoli tiegħek ma nilħqu qatt

sirt bużżieqa mimlija arja sħuna

jekk nibqa’ tiela’

għad nilħaq saħansitra l-kwiekeb.

 

Nogħla kemm nogħla

is-sema qatt mhux l-bogħod

u minn dan l-għoli kollu

qajla tibqa’ tagħraf lil-dak li jkun

u għandi d-dubju tiegħi

kemm l-atterraġġ għad ikun

wieħed pjaċevoli.

 

Nogħla kemm nogħla

bqajt biss inkejjel s-sħab

u nifida lir-riħ fil ġiri tiegħu

bħal pinnur li jdur kull direzzjoni.

 

Tista’ tistaqsini wkoll

għaliex inpinġi l-qawsalli

dawk li wara ftit jgħibu.

 

Alfred Grech

14/08/2021.

Comments

Popular posts from this blog