Qatt Daqs Illum.

 

Qatt daqs illum

Ma naqsitni l-fwieħa tiegħek

It-talb ta’ minn m’għandux il-ħtieġa

U l-imħabba ta’ min għalih xejn ma tfisser.

 

Qatt daqs illum

Ma jonqsuni l-messaġġi

Li kont tibgħatli

Fuq ġwienaħ ir-riħ

Fuq mewġet il-baħar ilaħlaħ

Ma fewġet il-grigal

Isaffar ġo widnejja.

 

Qatt daqs illum

Iżd’issa l’erġajt ġejt

Is-sħab ta’ fuq ix-xefaq

Reġa’ bdielu.

 

Alfred Grech

01/08/2021

Comments

Popular posts from this blog