Stennejtek.
Stajt ma
stennejtekx
xorta kont
tiġi
ġejt tard
għax ġratlek xi ħaġa
int
priġuniera ta’ ruħek
u ħabsija
ta’ għemilek
f’kull
liwja skuntrata li tagħmel
mal-
kantunieri ta’ ħajjtek.
Stennejtek
u bqajt ma ġejtx
jista’ jkun
li reġa’ bdielek
int hemm u
jien hawn
mhu tort ta’
ħadd minna
jew tort
tagħna t-tnejn.
Għax imqar
li kieku ġejt
kont
nistaqsik: Fejn se mmorru
u int
tagħmilli kont
l-istess
mistoqsija.
Alfred
Grech
08/07/2021.
Comments
Post a Comment