Tfaċċajt Hekk Ħabta u Sabta.

 

Tfaċċajt hekk ħabta u sabta

Ma kellekx ħin għalija

Imm’issa għandek

Kxift mill-ġdid il-lapidi minsija

Missejtli n-nerv mikxuf

Ta’ ġerħa qadima

Kull meta joqmos iċ-ċellular

Ninħasad

Għax għadni nistenna xi daqqa ta’ ħarta

Għadni nistenniek

Titlobni minn dak li m’għandix

Jew li ma nafx nagħti.

Sirt in-nemesi ta’ min m’għadux

Jaf jgħix.

Sirt bomba tal-ħin.

 

Alfred Grech

05/08/2021

Comments

Popular posts from this blog