Togħġobni Din il-Logħoba.

 

 

Togħġobni din il-logħoba

Imma tidher ftit għariba

Inkella ażżardata

F’did dinja li saret

Daqshekk skandaluża

Daqshekk skomda

U perikoluża.

 

Togħoġobni dil-logħoba

Fejn attaparsi nirbaħ jien

U inti terħi l-ħabel

Għal waqt wieħed

Tal-eternita’.

 

U issa fhimt

Li għalija

Sabar ma baqax.

 

Alfred Grech

11/08/2021.

 

Comments

Popular posts from this blog