Waqt Wieħed.

 

Waqt wiehed biss ta’ ewforija

Ikolli mqar jien f’dal-ġranet

Ta’ sħana nfernali

Waqt wieħed biss ta’ mħabba

F’dal jiem ta’ desolazzjoni.

Waqt wieħed ta’ ferħ,

Waqt wieħed li jfisserr

l-eternita’

f’ħoġor is-skiet u t-tifkiriet

ta’ surtek.

 

Waqt wieħed biss

Meta jiltaqa’ d-dawl li jgħammex

Ta’ kwiekeb qed jitwieldu

Ta’ bidu li qatt ma kien

Fiż-żurżieqa tal-ħolma

Li qatt ma għext.

 

Imqar jekk inġorr fuq spallejja

It-toqol kollu tal-bieraħ.

 

Alfred Grech

12/08/2021.

Comments

Popular posts from this blog