Ennui.

 

Ġrajja waħda li ma tintesiex

Waqt wieħed jirrikorri

Proġramm irrġistrat

Jixxandar ta’ kull darba.

 

Binarji li fuqhom tirranka

Ħolma li ma tintesiex

Sqaqien biex fihom tintilef

Irdum li jrid jitkejjel.

 

Jonfoħ ir-riħ

Ir-ramel f’għajnejja

Itir ukoll il-ħsieb

Mal-ħafna weraq

U jekk tħabbat

Mhux żgur li jinfetaħlek

 

Alfred Grech

15/09/2021

Comments

Popular posts from this blog