Inżommu F’Wiċċ l-Ilma
Iva, għax
aħna kellna niktbu l-poeżija
Qalb l-istorbju
u d-duħħan tal-manikomju.
Aħna kellna
nfittxu s-sabiħ
Qalb it-taħwid
tal-qlub imjassra
U qalb il-vergonja
tal-qoxra tal-bbbuxu battala.
Kellna nittamaw f’ġejjieni ġdid
Għeruqu fid-dlam
tal-imgħoddi
Id-dlam tad-disperazzjoni.
Kellna
nibqgħu għaddejjin naqdfu
Qalb il-ħama
u l-fdal taż-żibel
Qaluna kull
ma rridu nagħmlu
Li żżommu
biss fil-wiċċ
Sakemm għad
jiġi l-anġlu
U jċaqlaq
l-ima.
Alfred
Grech
30/09/2021.
Comments
Post a Comment