Jaħti Biss It-Temp.

 

Jaħti biss it-temp li jbiddel il-burdati

U jekk għalina hekk

għax hekk darrewna

Jekk għamilna hekk

għax hekk rajnihom jagħmlu

Ma nħossunix ħatja

U m’aħna qatt se jqorru

It-toqol tagħom.

 

Jekk għamilna hekk

Għax hekk darrewna

Jekk għamilna hekk

Għax hekk rajnihom jagħmlu

l-istatwi jieħdu l-bixra

ta’ min sawwarhom

it-tfal joħorġu jixbħu

lil min wellidhom.

 

Bit-tagħlim tagħom kbirna

U sirna nafu ħafna

U stajna ngħarfu wkoll

Li kollox attaparsi

Li kollox teatrin

Li tiegħu konna atturi

U xħin irmejna l-kopjun

sirna ħielsa.

 

Imbagħad jum ieħor jgħaddi

Bla ma jiġri xejn

Ħlief li nibqgħu taħt il-madmad

U nġorru  l-valiġġi

li issa tqalu.

 

Alfred Grech

01/09/2021.

 

Comments

Popular posts from this blog