Kemm Jibqa’ Dawl.

 

Kemm jibqa’ dawl jien nibqa’ miexi

Għaliex xħin jidlam ma tarax.

Diġa’ x-xefaq m’għadux jidher

U t-truf taż-żmimijiet

Ma tagħrafhomx.

Xħin tgħaddi minn ġod-dlam

Stennieħ li jisbaħ

Iżda qajla tkun taf

Li ġejt f’dinja oħra

U jien li drajt nimxi b’ċerti ritmi

Inħossha tqila issa

Nieqaf f’dan is-sħab.

Fl-għabex jiġi min ikebbes il-fanali

Iżdafanal tiegħi ma jixgħelx.

Fis-skiet u l-ħemda ta’ lejla sjafija

Issbt is-sliem li kien mitluf.

Jekk tħossok fl-itruf

Għaliex iġġor miegħek l-uġih

U t-toqol kollu tal-ġenerazzjoni

Għax is-sbuħija ġġennek u

Tagħmlek sakranazz.

 

Alfred Grech

11/09/2021

Comments

Popular posts from this blog