Kulħadd Magħluq.
Kulħadd magħluq fil-kjostru tiegħu
Int ma tafx jien x’qed inħoss
U t-talb li nitlob jien mhux lejn
is-sema
Biex jibqa’ għaddej jitmewweġ fuq l-imwieġ.
Xi darba
għad naqsmu l-ferħ bejnietna
Imbagħad naraw
jekk hekk naqblux.
U bqajna
t-tnejn bit-truf imġebbda
Tal-istess
xatt li ma jfawwarx.
Alfred
Grech
13/09/2021.
Comments
Post a Comment