Lil R.
Jien ħsibt
li kont wiċċ ġdid għalija
Imbagħad intbaħt
bil-maskra bħall-kullħadd
Il-maskra
mġebbda kieetet madwar wiċċek
Tinbidel ftit
bl-ilbes ta nhar ta’ Ħadd..
Jien ħsibt
li kellek għamla differenti
Iżd’issa
ħadt ix-xeħta tal-oħrajn
Kont ħsibt
li bħali ridt ukoll tingħażel
Iżd’issa sirt
ma tingħarafx, għattewk bit-tajn.
Jekk int
ukoll inqbadt ġo serbut nemel
Kif jista
jerġa’ kollox għal li kien?
La tħares
il-quddiem u lanqas lura
Kif jista jkun
li nibqa’ nħobbok jien?
Alfred
Grech
18/09/2021
Comments
Post a Comment