Min jaf?
Min jaf
jekk għadx inkunu aħna
Li nerġgħu niġu
lura biex nibdew naħsbu
Mingħajr il-melħ
tal-baħar?
Imqar issa
li għadda s-sajf infern
Jinkalja l-iġsma
t’ erwieħ
Bla fejda.
Imqar issa
li temmejna d-debħa
Biex naħarbu
l-qilla tal-allat
Il-ġejjieni
għadu mdendel
U ż-żiffa
ta’ filhgħodu ma twassalx sa widnejna
Il-kliem li
xtaqna nisimgħu.
Imqar
l-għasafar tal-ajru
M’għadhom
jintunaw l-għana
Ta’ ħlejjaq
ta’ bla ħażen.
Għax issa
l-valiġġi mtlew sa ruħ ommhom
Il-madmad
qed jissikka
U tlifna
l-lemħa
Tax-xefaq
qed jitbiegħed.
Għax issa wkoll
Il-bogħod
jiżdied
Bejn dak li
mmissu
U dak li
qed naraw.
Alfred
Grech
07/09/2021
Comments
Post a Comment