Nerġgħu Niltaqgħu.
Imbagħad
nerġgħu niltaqgħu
Fil-ħajja
li ġejja bħalkieku ltqajna għall-ewwel darba
U nibdew
nitbissmu lill-xulxin
Mingħajr ma
nafu l-għala.
Nistħajjlek
tħares lejja u tiflili
Kull tikmixa
li għandi f’wiċċi
U naf li
fhimt kollox.
Imbagħad tintebaħ
għaliex lilek għażiltek
Għaliex inti
dak kollu
Li jien
nixtieq
U mhux
għaliex inti
Dak kollu
li baqgħali.
Alfred
Grech
30/09/2021
Comments
Post a Comment