Sebaħ Jum Ieħor

Sebaħ jum sabiħ

Imqar jekk is-sema msaħħab

Bir-ragħad u t=tkarwit li jkun fiħ.

Sebaħ jum ieħor

U jibqa’ jum sabiħ

Imqar jekk qed inħarsu

U nixtiequ bis-sħiħ

Mit-tieqa tal-ħabs tagħna

Trid tieħdu bli fiħ.

 

Illum hu jum sabiħ

Għaliex ix-xita tad-dmugħ

Taf taħsel l-iskwallur

U l-ħmieġ li ħallew ta madwarna

Filwaqt li trid tagħqad u ddur.

 

Illum sebaħ jum ieħor.

 

Alfred Grech

21.09.2021

Comments

Popular posts from this blog