Stajt Kont.
Int stajt
kont kera daqs saħħara
U taf li
jiena ma nigdibx
Stajt kont
ukoll iddisgrazzjata
Infaħħrek u
ma nistagħġibx.
Trid turi
minn daqqiet wiċċ b’ieħor
U dan biex
jgħix kulħadd fisd-sliem
Tbus l-id
li tkun tixtieq maqtigħa
U tbaxxi
rasek u bla kliem.
Għax dinja
din l-apparenzi,
U kollox
jiswa’ għal dak il-ħin.
Toqgħod attent
ma ċċaqlaqx l-ilma
Biex nistgħu
ngħixu ma xulxin
Alfred Grech
20.09 2021
Comments
Post a Comment