Stajt Nitla’ Aktar Fil-għoli.

 

Stajt nitla’ aktar filgħoli

Bla mażri li jankraw

Stajt sibt it-triq li twassal

Mal-għomja li jaraw.

 

Il-kontrapis li jgħaddas

Iżommlok il-bilanċ

Issib li trid saborra

Jekk lura tmur bħal granċ.

 

Trid taqdef qalb il-ħalel

Trid togħla mal-imbatt

Inkella tibd’ temmen

Biex tagħraf ma xhiex ħbatt.

 

Inkella tibda temmen

Biex lanqss tara l-qiegħ

Dagħbien għaddej minn taħtek

U temmen fis-sabiħ.

 

Jien bdejt inrabbi l-ġwieneħ

Bdejt nogħl’aktar il-fuq

U xħin ilħaqt is-sema

Kull bieb li sibt magħluq.

 

Alfred Grech

29/09/2021

Comments

Popular posts from this blog