Tagħna Dinja Minsija.

 

 Tagħna dinja minsija

Għaliex mhux sew li tidher

Għaliex mhijiex xi ħolma

Iżda dak li qed jiġri.

 

Nimteddu fuq is-sħab

Mingħajr toqol ta’ xejn

Nitbissmu

U hekk kullħadd isir jaf

Aħna min aħna.

 

Imbagħad inħarsu lejn xulxin

U ngħidu salt ċuċati

Nitkellmu fuq ħwejjeġ ħfief

Mingħajr saborra.

 

U b’dan il-mod

Inwaqqfu l-ħin

Ninsew li qiegħdin ngħixu.

 

Alfred Grech

06/09/2021

Comments

Popular posts from this blog