Tarantella.
Għalhekk
malli tleħħ
il-berqa
is-sħab li
jraxxax ix-xita tad-dispjaċir
bħaż-żifna
tal brimba
ittektek
fuq il bejt tal-landa
u kliemek jibqa’
nġazzat f’widnejja
u bħal
silġa jinħallu t-tifkiriet.
Se nerġa’
ngħib fis-seħer ta’ nżul ix-xemx
jew
nistaħba fid-dawl ta’ qamar
ta’ sajf
mingħajr iż-żiffa.
Kliemet
jittajjar u jgħib mal-fwar tat-tisjir
li tħobb
issajjar
u xi minn
daqqiet ma nkun irrid nagħmel xejn aktar
għajr li
nibda ngħix fix-xtiewi li niftakar.
Alfred
Grecj
19.09.2021
Comments
Post a Comment