Tibqa’?
Jekk jilħaq jidlam qabel
Jiġi s-seħer, iżżomli inti jdejja?
Jekk jiġi
l-waqt li ma rrid nara ’l-ħadd
Tifhimni inti?
Hekk trid
tibqa’ din l-għanja
Tnegħida
ħielsa ta’ dak li joħroġ
Mill-kjażmi
u mill-fessuri mdallma
Ta’ ruħ
spajżata.
Jinbidel xi
ħaġa jekk tiltaqa’ miegħi
In-naħħa
l-oħra
Ta’ truf
dix-xtajta?
Tgħinni
nerġa’ nqum fuq saqajja
U ntemm
il-vjaġġ li bdejt?
Tibqa’
tħarafni meta ż-żmien ibattini
Meta nkun
għarkubtejja
U qalbi
biċċiet?
Tibqa’. . .
. meta lanqas inkun
Għadni ningħaraf?
Alfred
Grech
09/09/2021.
Comments
Post a Comment