Xejn  Aktar La Tistenna.

 

Xejn aktar la tistenna

Għax wara kollox

Dan mhu xejn għajr xeneġġjat

Vjaġġ ta’ ftit sekondi.

Jien noqgħod inħares lejk

Nistagħġeb u ngħaddi ż-żmien

Li baqa’ fis-sakra

U biex nerġa’ niġi f’tiegħi

Irrid nagħmel il-mirakli

U x’jiġi mbagħad

Xħin ngħejja noħloq il-fantażmi

Evanexxenti u ta’ min waqt għall-ieħor

It-tmiem li dejjem joqrob

Ibeżżgħek

U issa sirt lanqas taf tiċċajta

Għax iġġemma n-nuqqasiejit

Int u għaddejja.

Jien ħlomt li qagħadt ngħidlek l-istejjer

U inti qagħad tismagħhom

Bla ma rqadt.

 

Alfred Grech

27/09/2021

 

Comments

Popular posts from this blog