Xejn Aktar La Tistenna.

 

Xejn aktar la tistenna

Mhu xejn għajr xeneggjat

Tintesa’ malli tgħaddi

U dejjem aljenat.

 

Xħin nagħmel il-mirakli

Biex niġi għan-normal

Fi żmien mitluf fis-sakra

Minsub fuq pedestall.

 

F’pajjiż tal-assassini

Min hu l-emarġinat

Kulħadd imissu jisraq

Tispiċċa eżiljat.

 

Fuq art li kienet tħaddar

Iss’hemm biss il-konkrit

Jisfida l-konvenzjoni

Kampanja b’wiċċ ardit.

 

Imbagħad xħin nieqaf noħlom

Il-mejta mingħajr għadd,

Il-bqija kulħadd jobdi

Mhu ser jiqfilhom ħadd.

 

Alfred Grech

28/09/2021

Comments

Popular posts from this blog