Xi Minn daqqiet Jiġri.
Xi minn daqqiet
jiġri
Li terġa’
taqa’ lura
Fl-abbissi
ta kuljum
U tad-dubbji
Li dejjem
trabbejt fih.
Xi minn
daqqiet jiġri
Li tinsa’
l-quċata tal-għolja
It-trambil
tar-romblu
Tal-asfalt
biex wasalt
S’hawn.
Xi minn
daqqiet jiġri
Li jerġa’
jibdielek
Għax taf li
t-toqol
Hu rfigħ
tal-oħrajn
Xi minn
daqqiet taqta’ nifsek
U terġa’
tmil lura
U tinħeba
U tistaqsi
bejnek u bejn ruħhek:
Dan kollu
għalfejn?
Alfred
Grech
26/09/2021
Comments
Post a Comment