Dan Biss Duħħan.

 

Dan biss duħħan,

Bħal meta tqum filgħodu

Għax qajjmuk il-ħsejjes tat-tnabar u l-inġemji

U tintebaħ li minn mexa miegħek

M’għadux hawn

U li qarrqu bik f’dak li qalulek

U dak kollu li tgħallimt

Tirremettieħ.

Xħin kbirt u ftaħt għajnejk

Għax doqt minn frott is-siġra

Int ġbidt is-saħħa fuqhek

Għax issa ntbaħt –

Mintix għal dejjem

U bdejt tistaqsi mmela dak kollu

Kien għalfejn jekk fl-aħħar

Wara li jsiru l-kontijiet issib

Li daħħalt u lanqas ħriġt?

 

Alfred Grech

12/10/2021

Comments

Popular posts from this blog